Dawn l-għanijiet jintlaħqu billi l-Kunsill Lokali Għaxaq jkompli jaħdem b'risq ir-residenti tagħna b'taħditiet ma' Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern biex iwettqu dak kollu li jeħtieġ biex l-infrastruttura fir-raħal tagħna titjieb. Inżidu l-isforżi tagħna biex nedukaw lir-residenti b'organizzazzjoni ta' korsijiet f'dawk is-suġġetti meħtieġa għall-iŻvilupp tal-moħħ u billi nissalvagwardjaw il-kultura u t-tradizzjonijiet tar-raħal tagħna.
Ghal aktar informazzjoni dwar hidmet il-kunsill zuru l-website ufficcjali: www.kunsillghaxaq.com
|